14-il Parir Ħafif Sabiex Tnaqqas il-Piż Żejjed

Dieta varjata hija importanti ħafna meta tkun qed tipprova tnaqqas il-piż, importanti li tiekol tajjeb u bi ftit pariri ħfief tista’ faċilment tneħħi l-piż żejjed li akkumulajt matul il-ġranet tal-festi li għaddew.

1. Kul Iktar Proteini

Il-Proteini huma importanti għall-ġisem tagħna. Dan huwa l-iktar ikel li fih proteini laħam, tiġieġ, Salamun u bajd tat-tiġieġ. Importanti li tiekol ftit minn dan l-ikel matul il-ġimgħa. Il-proteini inaqqsu l-ġuħ u meta tiekol dan l-ikel tħossok mimli iktar.

2. Evita z-zokkor

Ikel, speċjalment il-ħelu, li fih iz-zokkor għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun. Dan l-ikel mhux biss ma jifqakx iżda jkompli jiftaħlek l-aptit sabiex tiekol iktar.

3. Għamel ftit eżerċizju ħafif

Jekk inti m’intix dilettant li tmur gym, tinkwetax, dejjem tista’ tagħmel xi ftit eżerċizju ħafif li ma jeħodlokx ħin. Eżempju flok titla bil-lift itla t-taraġ, flok tmur tixtri m’għand ħanut li qiegħed biss żewġt kantunieri bogħod u sejjer bil-karozza, mur bil-mixi minflok.

Affarijiet żgħar li iżda jagħmlu differenza kbira.

Jekk Għandek Ħafna piż u qed tħossok Overweight – Agħfas Hawn Sabiex Taqra r-Rapport kif tista’ teqred ix-xaħam żejjed u tikseb il-figura li dejjem xtaqt. Dan ir-rapport huwa intiż għal dawk li jixtiequ jirqaqu. Agħfas hawn.

4. Ixrob l-ilma matul il-ġurnata

Apparti l-fatt li l-ilma huwa importanti ħafna għall-ġisem tagħna, tazza ilma kultant tgħinek ferm sabiex tnaqqas l-aptit u l-ġuħ matul il-ġurnata. Prova wkoll naqqas is-soft drinks u ixrob iktar ilma waqt l-ikel, jekk forsi t-togħma tal-ilma iddejqek prova ixrob ilma sparkling u forsi żid xi lumija għat-togħma.

5. Kemm jista’ jkun kul mid-dar u prepara l-ikel tiegħek inti

Ħafna drabi l-ikel li nixtru minn barra ma tkunx taf eżatt x’fih u mingħalik li qed tiekol xi salad li qed jgħinek tirqaq u tnaqqas il-piż mentri fil-fatt ikun fih xi sauce li fiha ħafna kaloriji u qed tagħmillek iktar ħsara milli ġid. Għalhekk aħjar tipprepara l-ikel tiegħek inti.

6. Orqod rada tajba regolari

L-irqad huwa importanti ħafna sabiex jirregola l-metaboliżmu tagħna, prova orqod b’mod regolari bejn 7 u 8 siegħat mingħajr interruzzjonijiet.

7. Kul ikel li fih iktar fibre

Ħafna mill-piż żejjed li nakkumulaw matul il-festi jista’ jitnaddaf mill-ġisem permezz ta’ iktar ikel li fih il-fibre. Tista’ tieħu breakfast b’ikel li fih iktar fibre

Jekk Għandek Ħafna piż u qed tħossok Overweight – Agħfas Hawn Sabiex Taqra r-Rapport kif tista’ teqred ix-xaħam żejjed u tikseb il-figura li dejjem xtaqt. Dan ir-rapport huwa intiż għal dawk li jixtiequ jirqaqu. Agħfas hawn.

8. Naqqas il-ħobz, kull tip ta’ ħobz

Nafu li kaħna l-Maltin inħobbu l-ħobż mal-ikel, imma m’hemmx x’tagħmel jekk jirnexxilek taqta’ l-ħobz mid-dieta tiegħek tkun diġa’ għamilt avvanz kbir u qed tgħin lil ġismek ineħħi l-piż żejjed.

9. Prepara porzjonijiet iżgħar

Meta ssajjar għamel porzjonijiet ta’ ikel ftit iżgħar mis-soltu, ħafna drabi aħna nħossuna obbligati psikoloġikament li niżvojtaw il-platt kollu qabel inqumu minn fuq il-mejda, anke jekk inkunu mifqugħa bl-ikel. Għalhekk jekk tnaqqas xi ftit il-porzjon timtela’ xorta mingħajr ma tiekol żejjed.

10. Ixrob it-te jew il-kafe’ mingħajr ħalib

Dawn iż-żewġ xarbiet, li bħalissa f’din il-kesħa żgur li jinżlu tajjeb, fihom il-kaffeina, li tgħin il-metaboliżmu tagħna jmexxi l-ikel u jaħraq il-porzjonijiet li jkollna. Għalhekk xi tazza kafe’ jew te kultant tagħmel tajjeb ferm. Iżda bħal kull ħaġa oħra tesaġerax. Jekk tista’ tħallatx ħalib mal-kafe’ u tagħmilx zokkor.

Jekk Għandek Ħafna piż u qed tħossok Overweight – Agħfas Hawn Sabiex Taqra r-Rapport kif tista’ teqred ix-xaħam żejjed u tikseb il-figura li dejjem xtaqt. Dan ir-rapport huwa intiż għal dawk li jixtiequ jirqaqu. Agħfas hawn.

11. Attent xi frott tiekol

Vera li aħjar tiekol frotta milli xi take away kollu żejt, iżda xorta rridu noqgħodu attenti xi frott nieklu għax hemm frott li jgħinek iktar tmexxi l-metaboliżmu u jgħinek tneħħi l-piż li akkumulajt fil-festi b’inqas problemi. Eż. t-tuffieħ huwa tajjeb għax fih ftit kaloriji u ħafna fibra, l-istess bħal Kiwi u Berries.

12. Evita Fruit Juices u Soft Drinks

Ħafna jaħsbu li aħjar tieħu fruit juices tal-pakkett lesti minflok tixrob xi soft drink, huwa minnu li s-soft drinks fihom ħafna kaloriji u zokkor iżda tħallix il-fruit juices iqarrqu bik, ħafna fihom ammont ta’ zokkor ukoll. L-aħjar xarba hija l-ilma.

13. Is-sopop huma tajbin għalik

Sajjar iktar sopop, bħalissa f’din il-kesħa żgur li jinżlu tajjeb. Qed nirreferu għas-sopop li tagħmel inti d-dar u mhux għas-sopop lesti tal-pakkett li jkun fihom ammont ta’ mluħa u ferm iktar kaloriji minn dawk naturali li ssajjar inti.

14. Probiotic bacteria Yogurt

Mhux il-yogurt kollu huwa tajjeb għalik jekk qed tipprova tnaqqas il-piż li akkumulajt matul żmien il-festi, iżda jekk tixtri Yogurt li fih probiotic bacteria tkun qed tgħin ħafna għaliex dan jgħinek tneħħi l-piż b’inqas sforz.

Bonus : L-iktar Parir importanti, tal-aħħar:

Jekk Għandek Ħafna piż u qed tħossok Overweight – Agħfas Hawn Sabiex Taqra r-Rapport kif tista’ teqred ix-xaħam żejjed u tikseb il-figura li dejjem xtaqt. Dan ir-rapport huwa intiż għal dawk li jixtiequ jirqaqu. Agħfas hawn.