L-Istorja Vera Tal-Fatat tat-Telgħa t’Alla w’Ommu tan-Naxxar

Ixxerja din l-istorja

Ħafna nies jgħidu li raw il-fatat ta’ Mara fit-telgħa t’Alla w’Ommu tan-Naxxar. Iżda ftit jafu minn fejn nibtet din l-istorja. Il-leġġenda tgħid li din il-mara ‘Fatat’ għada ddur fiż-żona u fl-inħawi sabiex issib lil xi ħadd li kienet tant tħobb.

Click Now! Click Now!

Iżda min kien dan ir-raġel li tant ħabbet u għalfejn telaq?

Illum il-ġurnata ftit jemmnu bil-fatati u l-fantażmi, iżda ħafna nies baqgħu jitkellmu fuq din il-mara. Riċentement “Ghost-Hunter” iġifieri persuna li jinvestiga dawn il-fenomeni sopranaturali għamel riċerka fuq din l-istorja, tkellem ma diversi nies u saħansitra fittex stejjer fil-gazzetti li jmorru lura s-snin.

Jidher li diversi gazzetti fil-passat kienu tkellmu dwar dawn l-apparenzi misterjużi u kien hemm rapporti ta’ nies snin twal ilu li tkellmu mal-fatat ta’ din il-mara u saqsewa jekk għandix bżonn xi ħaġa iżda din kull darba hi tgħid xi ħaġa li ma tinftiehimx.

Dan l-espert tal-paranormali jgħid li aktarx dawn il-fenomeni huma abbinati ma storja li toħodna lura lejn is-sajf tas-sena 1944, ftit qabel spiċċat it-tieni gwerra dinjija.

Click Now! Click Now!

Dak iż-żmien koppja żagħżugħa Ingliża kienu jgħixu f’appartament żgħir f’din iż-żona pjuttost imwarrba. Huwa kien pilota mal-RAF (Royal Air Force) u hi kienet għallima. Ma kienux miżżewġin u għalhekk ma setgħux jgħixu flimkien bħal koppji oħra fil-barracks tal-Ingliżi għall-uffiċjali u minflok għażlu li joqgħodu fl-inħawi tan-Naxxar. Ma ninsewx li dak iż-żmien li koppja kienet tgħix flimkien mingħajr ma tkun miżżewġa kienet taboo ferm ikbar.

Kien ix-xahar ta’ Lulju 1944 meta l-attakki tal-RAF fuq l-Afrika ta’ Fuq intensifikaw u l-uffiċjal pjuttost żagħżugħ kien qed iqatta ġranet twal bogħod mid-dar, bit-tfajla ħerqana tistennih. Darba minnhom ftit wara li ġiet mill-iskola fejn kienet tgħallem, fetħet kexxun u sabet ċurkett bi djamant ċkejken iżda jleqq imgeżwer f’borża tal-karti. Hija indunat li dan iċ-ċurkett inxtara mill-għarus tagħha u indunat li huwa kien se jipproponila dalwaqt, poġġiet iċ-ċurkett lura fejn sabitu u għamlet ta’ bir-ruħha li ma rat xejn.

Filgħaxija l-għarus tagħha qalla l-lejla irridek tilbes sabiħ, ħa mmorru f’post u se nagħtik sorpriża kbira, hija indunat x’inhu ġej, iżda m’urietux li diġa’ indunat biċ-ċurkett. Iżda d-destin ried li eżatt qabel ma ħarġu daqq it-telefon, irrispondieħ hu, “Hello” qal, fuq in-naħa l-oħra tat-telefon, uffiċjal Ingliż pjuttost żorr, “Fittex ejja lura lejn il-barracks għax għandna bżonnok urġenti, bagħtna karozza diġa’ qegħda fit-triq se tiġbrok dalwaqt”.

Aghfas hawn sabiex taqra t-tieni parti ta’ din l-istorja u tara kif tispicca.


Ingħaqad Mal-Paġna tagħna fuq Facebook

https://facebook.com/viralnewsmalta


Click Now! Click Now!